15:37: Tlett irġiel ġew arrestati hekk kif il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar jekk it-terrorist li sploda lilu nnifsu f’Manchester Arena, Salman Abedi, kienx qed jaħdem waħdu.
Fost l-arrestati hemm ħu Abedi li għandu 23 sena ġie arrestat.
Salman Abedi ta’ 23 sena
Aktar Qabel: Il-persuna li kien involut fil-bomba suwiċida f’Manchester ‘x’aktarx’ ma kienx qed jaħdem waħdu. Salman Abedi qatel 22 persuna u darab 64 oħra meta sploda lilu nnifsu fil-Manchester Arena t-Tnejn filgħaxija – 20 persuna bħalissa jinsabu f’kundizzjoni gravi.
Il-livell ta’ terrur fir-Renju Unit issa jinsab f’livell “kritiku”, dan ifisser li aktar attakki huma imminenti.
Dan ifisser ukoll li issa uffiċjali tal-militar se jkunu qed jintbgħatu f’żoni magħrufa, fejn ikun hemm ħafna nies.
Erbgħa mill-vittmi ġew identifikati bħala tifla ta’ tmien snin, Saffie Rose Rousses, Olivia Campbell ta’ 15-il sena, John Atkinson ta’ 28 sena u Georgina Callander ta’ madwar 18-il sena.
Skont Reuters, il-Ministru Pollakk għall-Affarijiet Barranin qal li żewġ Pollakki li huma fost il-persuni li sfaw nieqsa wara l-attakk huma fost il-persuni li tilfu ħajjithom.