Marzu Marzellu, in-nanna toħroġ il-moxt u r-rixtellu. Hekk jgħid kliem ix-xiħ dan hekk kif f’Maru dejjem ikun mistenni li tagħmel dik il-kesħa fina li jħossha kulħadd, anke l-annimali. Iżda tul dawn l-aħħar jiem, filwaqt li kellna riħ qawwi, kellna jiem mimlija xemx iżda dan mhux se jdum.
Dan minħabba li rapport tat-temp fuq il-paġna Malta Weather juri li x’aktarx għada se jkollna nerġgħu nġorru l-umbrella u l-ġakketta tax-xita għax riesaq il-maltemp lejn il-gżejjer Maltin.
Ir-rapport qal li bħalissa għaddejja maltempata fuq l-Alġerija u mistennija li tgħaddi qrib ħafna tal-gżejjer Maltin bejn it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu. Dan għadu mhux ikkonfermat b’mod uffiċjali l-ħin ta’ meta se jolqot lill-gżejjer tagħna dan il-maltemp, dan għax m’hemmx ħafna stazzjonijiet tat-temp fl-Afrika li jbassru t-temp b’mod uffiċjali.
L-istess ħaġa kienet ġrat lura fi Frar tal-2016 meta ġiet imbassra maltempata kbira, iżda meta din resqet lejn il-Mediterran leħqet battiet bil-kbir.