Għalkemm biegħhet għexieren ta’ miljuni ta’ albums tal-mużika u mliet diversi areni minn madwar id-dinja, Adele qalet li x’aktarx mhux se tkun qed tagħmel tour ieħor.
Il-kantanta famuża mondjali qalet lis-segwaċi tagħha waqt kunċert f’Auckland li x’aktarx dan se jkun l-aħħar tour tagħha, fejn saħansitra ammettit li tħossha ‘vunnerabbli’ fuq il-palk u li qabel kull kunċert “taqbadha biża’ kbira”.
Adele ilha għal dawn l-aħħar ħmistax-il xahar fuq tour madwar id-dinja, u se tkun qed terġa titla’ fuq il-palk f’Londra biex tkanta f’erba’ xows fil-Wembley Stadium bejn Ġunju u Lulju.
L-artista qalet lis-segwaċi tagħha “Li nagħmel tour mhix xi ħaġa li nħossx li jien tajba għal hekk. Inħossni vunnerabbli meta tibdew iċċapċpuli. Ma nafx jekk hux se nkun qed nagħmel tour ieħor, l-unika raġuni li għamiltu dan it-tour hu għalikom.”