Michal Lukasz Nowak li m’għandux residenza fissa tressaq il-Qorti u ġie kkundannat xahrejn ħabs talli seraq minn ħanut mill-Mellieħa u talli nstab ħati għal dan ir-reat, issa qed jitqies bħala riċediv.
L-akkużat li evidentament kien qed juri sintomi li juru li qed jiġġieled il-vizzju tax-xorb wieġeb ħati li seraq ħamest ibrieret.
Barra minn hekk, hu ttella’ l-qorti talli ma ħallasx multa li tammonta għal 2,300 ewro bħala parti mill-kundanna ta’ sentenza simili li kellu fil-passat.