L-investigaturi ta’ qtil b’karozza bomba fid-29 ta’ Jannar ta’ din is-sena rrilaxxaw il-katavru biex il-funeral se jkun qed isir nhar is-Sibt li ġej. Victor Calleja, magħruf bħala ċ-Chippy, se jkun jista’ jindifen wara li l-katavru tiegħu kien analizzat b’reqqa mill-esperti forensiċi bħala parti mill-investigazzjoni.
Calleja, Ħamruniż, kien il-vittma tal-ewwel qtil tas-sena. Qtil li seħħ fi sbieħ l-aħħar Ħadd ta’ Jannar bil-bomba titpoġġa fuq quddiem tal-karozza tiegħu u tħallih mingħajr ħajja fuq il-post.