Għal sena oħra qed tiġi organizzata il-ġimgħa dedikata għan-negozji żgħar u medji.
Dan l-attività saret appuntament annwali biex in-negozji jsiru jafu aħjar dwar l-għajnuna offruta u biex ikunu attirati aktar nies fid-dinja tan-negozju.
Fl-okkażjoni tat-tnedija tkellem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona.
Il-Ministru saħaq li din is-sena hemm l-opportunità li organizzazzjonijiet indipendenti jagħżlu huma t-temi li jaħsbu huma ta’ importanza lin-negozji li jirrapreżentaw.
Qal li l-SME Week din is-sena tista’ tissejjaħ SME Month minħabba bl-ammont ta’ l- attivitajiet li se jkunu organizzati. Magħtula se jkun hemm diskussjoni, analiżi u proposti dwar il-ħilijiet diġitali neccessarji, l-irwol tal-artiġjanat, l-intraprenditorja tan-nisa fil-qasam tax-xogħol u l-internazzjonalizzazjoni tan-negozji.
Se jsiru seminars fuq suġġetti diversi minn naħa tal-GRTU, tal-kamra tal-kummerċ Għawdxija u l-Assoċjazzjoni għan-Negozji tal-Familja .