Il-preparamenti għaddejjin ġmielhom biex għal sena oħra d-dilletanti tal-Karnival ikollhom prodott finali li jkun jista’ jpaxxi t-toroq lokali bil-karrijiet, kostumi u żfin rinomat ma’ dawn iż-żminijiet.
Il-ħamest ijiem ta’ karnival huma ftit fejn il-ħidma ta’ xhur li dawn il-festi jirrikjedu. ONE News żar wieħed mill-imħażen fejn bħalissa huma bosta dawk il-voluntiera li għalihom il-ħdud u vaganzi huma opportunita biex iżżidu l-pass fuq ix-xogħol li jkun fadlilhom.
F’atmosfera ta’ ħidma, tkellimna ma’ Stephanie Gellel, persuna li tifforma parti minn grupp tal-karnival fil-kategorija ta’ żfin u kostumi.
B’taħriġ ta’ żfin li issa daħal f’fażi li jsir kuljum sa tard filgħaxija, hija spejgatilna wkoll x’qed isir bħalissa fuq id-drapp u d-dettall magħmula minn dawn il-kostumi.