Bħal-lum xahar, il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed joħroġ jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Bħalissa għaddej il-proċess tat-tqassim tad-dokumenti għall-votazzjoni għall-elezzjoni tat-tmienja ta’ Ġunju li ġej.
Dan il-proċess se jibqa’ għaddej sa nhar il-Ġimgħa jew is-Sibt li ġej, skont id-distretti elettorali.
Wara dakinhar, wieħed irid jiġbor id-dokumenti għall-elezzjonijiet tiegħu personalment, mill-għassa tal-Pulizija jew il-Kunsill Lokali, jiddependi skont il-lokalità fejn wieħed jgħix.
Aktar informazzjoni fuq is-sit electoral.gov.mt.