F’Ġunju, n-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 3442 persuna meta mqabbel mal- 5,209 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet.
Statistika pprovduta mill-Jobsplus għax-xahar ta’ Ġunju tindika tnaqqis ta’ 1,625 persuna li jirreġistraw taħt l-ewwel parti tar-reġistru, u tnaqqis ta’ 143 persuna fost dawk li jirreġistraw taħt it-tieni parti fir-reġistru tal-qgħad, meta mqabbel ma’ Ġunju 2015.
L-akbar tnaqqis kien innotat fost persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena.
Din l-istatistika turi wkoll li n-numru ta’ persuni b’ diżabilità li kienu qed jirreġistaw għax-xogħol naqsu b’ 56 persuna. In-numru ta’ reġistranti naqas f’kull eta’.
Il-maġġoranza tal-irġiel li qed jirreġistraw qed ifittxu xogħol tal-idejn, filwaqt li l-maġġoranza tan-nisa li qed jirreġistraw qed ifittxu xogħol klerikali.