Clayton Cremona ta’ 33 sena minn Santa Venera ġie kkundannat xahar ħabs wara li tressaq il-qorti mixli li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest fosthom li jiffirma fil-ħin fl-għassa tal-pulizija.Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Frank Anthony Tabone, spjegat kif Cremona kontinwament kien qed jaqbeż il-limitu tal-ħin li fih kellu jiffirma, bl-iskuża li kien qed jeħel fuq il-post tax-xogħol.
Cremona ġie mixli wkoll li kien reċediv.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Maġistrat Gabriella Vella rrevokat il-ħelsien mill-arrest u kkundannatu xahar ħabs. Madankollu, il-qorti ma rtirat l-€10,000 li l-akkużat ħallas biex ingħata l-ħelsien mill-arrest.