Raġel ta’ nazzjonalità Serba ammetta fil-Qorti li kien fil-pussess ta’ karta tal-identità falza.
Huwa kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, jistenna persuna oħra sabiex jgħaddilha karta tal-identità maħruġa mir-Repubblika Ċeka.
Kien nhar is-Sibt illi għadda li Milan Damnjanovic ta’ 35 sena mis-Serbja ġie arrestat.
Wara li l-akkużat ammetta l-akkużi, il-Qorti kkundannatu xahar ħabs b’mod effettiv.