Il-liġi li tirregola l-annimali eżotiċi f’pajjiżna qed tagħti stampa aħjar ta’ x’hawn f’Malta u jidher li għall-gżira żgħira wieħed isib ferm iktar annimali eżotiċi milli mistenni.
Minbarra z-zoos reġistrati hemm mal-ħames kollezzjonisti b’iktar minn sebgħa annimali perikolużi taħt il-ħarsien tagħhom li flimkien għandhom ‘il fuq minn mitt annimal perikoluż.
Fil-maġġoranza tagħhom dawn irabbu speċi differenti ta’ iljuni, tigri u xadini. Dawn ik-kollezzjonisti jrabbu l-annimali fil-lokalitajiet ta’ Ħal-Farruġ, ir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ u tnejn oħra jinsabu fis-Siġġiewi.
Iżda l-applikazzjonijiet li saru taħt ir-regolamenti tal-2016 tal-annimali perikolużi xhedu li dawn l-annimali huma mferrxin bil-waħdiet madwar Malta.
Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm ħames individwi li qed irabbu speċi ta’ ljun magħrufa bħala Cougar.
Hem reġistrati tlett persuni li jrabbu kukkudrilli f’ Hal-Qormi u ieħor f’ San Ġwann.
F’ Ħal Qormi hemm ukoll persuna irreġistrata li trabbi qtates eżotiċi filwaqt li ljun ieħor qed jitrabba fis-Siġġiewi minn individwu ieħor.
Ix-xadini jidher li huma speċi popolari wkoll, għaliex meta wieħed iħares lejn il-kollezzjonisti li għandhom inqas minn ħames annimali perikolużi jgħodd li hawn madwar tletin xadina.
Dettalji u kummenti tas-Segretarju Parlamentari fil-filmat.