Xadina bl-isem ta’ Franco nstab fil-kumpless tal-lukanda Corinthia f’San Ġiljan wara li ħarab mingħand is-sidien tiegħu fl-Iklin. Din ix-xadina diġà kienet intlemħet proprju lbieraħ fejn bosta bdew ixerrdu r-ritratt tiegħu fuq Facebook wara li ntlemaħ għaddej fil-Madliena.
Iżda pass wara ieħor jidher li Franco wasal sa San Ġiljan sakemm daħal fil-kumpless tal-lukanda.
F’messaġġ flimkien ma’ ritratt li ttella’ fuq Facebook mil-lukanda, intqal kif Franco ngħata dak kollu li kellu bżonn fejn issa jinsab lura għand sidu wara li ttieħed mill-ambulanza tal-annimali.