Id-Dipartiment tad-Dwana kompla jinvesti u jsaħħaħ il-kapaċitajiet tiegħu b’X-ray Scanner ġdid. L-iscanner li jismwa madwar 2 miljun Ewro se jkun installat fil-freeport sabiex ikun jista jisorvelja aħjar il-containers li jkunu għadejjin minn Malta. Id-dipartiment kien tiġa investa nofs miljun Ewro ieħor fil-faċilitajiet li għandu ġewwa l-freeport. Dan il-porġett mistenni jkun inawgurat fil-bidu tas-sena d-dieħla mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.
Intant l-Awtorita tal-ippjanar approvat l-iżvilupp ġewwa Ħal-Far sabiex tkun tista tintuża mis-sezzjoni tal-klieb. Dan il-proġett se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Gvern Malti.