It-tim ‘JUSTNature’ mill-Università ta’ Malta organizza numru ta’ workshops fil-Kulleġġ Stella Maris fil-Gżira dwar l-aċċess għan-natura u l-importanza tagħha fi spazji urbani, waqt li ħidma, bis-sehem tal-komunità, kapaċi jkollna ekosistema u ambjent aħjar.
B’kollaborazzjoni ma’ għaqdiet mhux governattivi, il-programm intensiv indirizza l-isfidi ambjentali f’Malta minn diversi perspettivi, inkluż il-preżenza tal-flora u l-fauna u kif dawn jistgħu jiġu protetti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istudenti ħadu sehem fil-workshops relatati, li involvew il-ġardinaġġ u logħob onlajn.
Kitba ta’ Aymen Grech Pace