Il-World Baseball Softball Confederation Europe kkonfermat il-laqgħat tas-Softball Technical Biennial Workshop li se jsiru f’lukanda ewlenija l-Mellieħa mit-23 sal-25 ta’ Frar 2024.
Il-Workshop Biennali Tekniku tas-Softball iservi bħala pjattaforma ċentrali għal figuri ewlenin fi ħdan il-komunità Teknika tas-Softball ta’ WBSC Europe, li jlaqqa’ flimkien Kummissarji Tekniċi, Umpires-in-Chief, Score keepers u Uffiċjal tal-Midja.
Din il-laqgha hija mfassla biex tiffaċilita diskussjonijiet kollaborattivi dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti, kollha mmirati lejn it-titjib tal-kwalità ġenerali tal-kompetizzjonijiet tas-WBSC Europe Softball.
Skedat li jibdew il-Ġimgħa, 23 ta’ Frar, il-workshop se jestendi sa l-ikla ta’ nofsinhar tal-Ħadd, 25 ta’ Frar. Matul dawn il-jumejn, il-Grupp Technical Commissioners ser jidħlu f’diskussjonijiet immirati lejn il-qsim tal-għarfien, netwerking, u ppjanar kollaborattiv.
Is-Softball Technical Biennial Workshop huwa organizzat mill-Malta Baseball & Softball Association b’kollaborazzjoni ma’ WBSC Europe.