Bħalissa għaddej workshop ieħor bħala parti mis-sensiela ta’ attivitajiet fl-isfond tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u li din it-darba qed jitratta t-tema ‘Il-Komunitajiet li rridu ngħixu fihom”
Dan il-workshop qed isir ġewwa l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u li għalih attendew numru sabiħ ta’ persuni sabiex jipparteċipaw fid-diskussjoni hekk kif il-Partit Laburista qed ikompli jterraq il-komunitajiet ta’ pajjiżna biex jisma mingħand in-nies u jkompli jfassal il-politika tiegħu.
Fil-fatt, għal din l-attività politika qed jattendi l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela u li aktar tard se jkun qed jagħlaq din id-diskussjoni bil-ħsibijiet tiegħu dwar il-komunitajiet.
Intant indirizza dan il-workshop bit-tema, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, il-Perit Daniel Micallef.
Huwa ddeskriva l-komunitajiet bħala l-post fejn iservi bħala sors ta’ edukazzjoni għal ħafna ġenerazzjonijiet lil hinn mill-edukazzjoni li wieħed jista’ jirċievi mill-bankijiet tal-iskola.
Filwaqt li rrimarka l-importanza tad-djalogu li qed jikkaraterizzaw dawn il-workshops, Daniel Micallef sostna wkoll l-importanza tal-azzjoni li twassal biex dak diskuss jiġi attwat fil-prattika.