John Paul Woods, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia li kienet ilha ħdax-il sena irrappurtata nieqsa, qal lil pulizija li qatilha b’daqqa sikkina u bil-ponta u fgaha billi żammilha ħalqha b’idejh.
It-Tnejn wara nofsinhar bdiet il-kumpilazzjoni kontra John Paul Woods, b’uffiċjal mis-CID xehdu x’qalilhom Woods meta ġie arrestat fuq serqa f’Lulju tas-sena li għaddiet. Meta ġie arrestat hu qalilhom li jrid jitkellem fuq il-qtil ta’ Charlene Farrugia.
Woods qal lill-pulizija li f’Novembru elfejn u tmintax beda jirċievi lmenti mill-ġirien dwar riħa tinten fil-flat f’San Pawl il-Baħar, fejn seħħ id-delitt.
Għaldaqstant Woods qal lil pulizija li iddeċieda li jqatta’ l-ġisem f’partijiet żgħar u poġġihom fi xkejjer. Huwa qatta’ l-katavru tat-tfajla f’erba’ biċċiet, tefa’ ġo fihom taħlita ta’ siment u r-ras u s-saqajn poġġiehom ġo xkora u ħbiehom il-Furjana. B’Woods ġarr il-katavru bil-karozza tal-vittma stess.
Bil-fdalijiet tat-tfajla, instabu s-sena li għaddiet moħbija fis-sur tal-Belt, wara li Woods kien għamel din l-istqarrija.
L-uffiċjal mic-CID qal li l-pulizija mhix teskludi li hemm persuna oħra nvoluta f’dan il-qtil.
Mal-pulizija Woods semma’ lil Jesmond Cassar magħruf bħala ‘It-Tito’.
Fl-elfejn u tmienja l-pulizija kellha suspett fuq Cassar li kien is-sieħeb ta’ oħt Jonathan Attard, li kien is-sieħeb ta’ Charlene Farrugia.
Woods qal li t-Tito ħallieh waħdu wara li allagetament iż-żewġt irġiel kellhom argument. Qal li kien wara dak l-argument li iddeċieda li jqatta’ l-ġisem ta’ Farrugia. Woods uża saqqu biex jgħatti l-katavru ta’ Farrugia.
Fl-awla tal-Maġistrat Marseanne Farrugia kien hemm il-qraba ta’ Charlene Farrugia mbikkma meta semgħu dawn id-dettalji xokkanti. Huma qegħdin jiġi assistiti mill-avukat Mario Mifsud.