Ir-raġel li qed jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu wara l-isplużjoni fi New York it-Tnejn li għadda, ippubblika messaġġ ta’ twissija ndirizzat lill-President Amerikan Donald Trump fuq Facebook, mumenti qabel l-attakk.
Il-messaġġ ta’ Akayed Ullah – is-suspettat ewlieni ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Bangladesh, kien jgħid hekk : “Trump, you failed to protect your nation” – fallejt milli tipproteġi lil pajjiżek.
Dal-messaġġ ġie żvelat fl-akkużi li ppreżentat il-Prosekuzzjoni, li żiedet kif l-immigrant kien ispirat mill-grupp tal-Militanti Iżlamiċi meta wettaq l-attakk.
Attakk li fih indarab gravi hu stess, u weġġa’ tliet persuni oħra.