Fil-binja ta’ Parlament infetħet wirja għall-pubbliku ta’ xogħlijiet tal-arti li ġew mogħtija minn għadd ta’ artisti ta’ Maltin u barranin.
Dawn ix-xogħlijiet se jiġu rkantati online b’risq id-Dar tal-Providenza fl-ewwel ta’ Jannar li ġej, bħala parti mill-Festa ta’ Ġenerożità li se ssir fil-parkeġġ tar-residenza fis-Siġġiewi fejn kulħadd huwa mistieden li jattendi.
Din il-wirja se tibqa’ għaddejja sat-30 ta’ Novembru u hija miftuħa għall-pubbliku bejn id-disgħa ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ waranofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u bejn id-disgħa ta’ filgħodu, is-Sibt u l-Ħadd.