Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser ikun qiegħed jorganizza Wirja ta Vettui, Muturi u Trakkijiet kollettibli fil-Pjazza tal-Paroċċa tal-Mellieħa mit-8:30am sa 12:30pm.
Waqt din l-attività ser ikun hemm għaqda oħra Melleħija: Mellieħa Youths fejn se jarmaw diversi stands fosthom b’ħaxix u frott frisk, bouncing castle u face painting għat-tfal.
Il-qligħ ser imur għall-għaqda sabiex ikunu jistgħu jtellgħu diversi żgħażagħ Lourdes fi ħdan din l-għaqda, li bejn it-30 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru 2018 ser ikunu qed jagħmlu xogħol volontarju f’dan il-pajjiż.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi.