JJ Camilleri huwa bla dubju wieħed mill-protagonisti tal-letteratura Maltija tas-seklu għoxrin, minbarra li hu magħruf għall-kontributi tiegħu fit-teatru lokali. Il-professjoni tiegħu ta’ għalliem wasslet għal bosta inizjattivi edukattivi proposti minnu, li ġew introdotti fis-sistema edukattiv mill-gvern ta’ dak iż-żmien. Kien ukoll attiv ħafna fil-filantropija. Madankollu, ftit huma konxji li għandu repertorju impressjonanti ta’ pitturi. Dan ikopri l-biċċa l-kbira tal-ġeneri tal-arti, b’varjazjoni stilistika kbira. Il-ħbiberija tiegħu mal-ġgant tal-arti Malti tas-seklu għoxrin Antoine Camilleri, minbarra artisti oħra, ikkontribwixxa għal imħabba li din il-wirja retrospettiva tinvestiga. Din hija l-ewwel darba li dan in-numru konsiderevoli ta’ xogħlijiet, mill-kollezzjonijiet privati tat-tliet uliedu, jista’ jitgawda mill-pubbliku li jħobb l-arti.
Il-wirja ser titella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, f’27 Triq Wied il-Għasel, il-Mosta bejn l-20 u 27 ta’ Frar. Il-wirja tiftaħ mit-Tnejn sal-Ħadd mill-5:30pm sat-8pm. Il-Ħadd il-wirja tiftaħ ukoll mill-10am sa 12pm