F’Bergamo, l-Italja, ġiet inawgura wirja ta’ presepji organizzata mis-sezzjoni ta’ Għajnsielem fi ħdan l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju. Din il-wirja qed tittella’ f’ambjent ta’ pjazza tipika Għawdxija.
Xejn inqas minn 31 presepju, maħduma b’reqqa minn artisti Għawdxin u Maltin, huma għall-wiri f’din il-belt Taljana li għandha tradizzjoni sinjura marbuta mal-presepju tradizzjonali. L-esebiti jinkludu presepji, dijorama u skultura ispirati mill-pajsaġġ Għawdxi u Malti.
Fil-ftuħ tal-wirja il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li din l-esebizzjoni qed toffri pjattaforma għall-artisti li qed jipparteċipaw, kif ukoll ser isservi ta’ vetrina biex il-pubbliku Taljan jesperjenza b’mod diferenti, iżda mill-viċin, l-ambjent Għawdxi ispirat mill-pjazez tal-irħula tagħna.
Il-wirja tbierket mill-Mons. Anton Theuma, Isqof ta’ Għawdex.