Il-Wirja Sagra fil-Każin tas-Soċjeta’ Filarmonika Nicolo` Isouard fil-Mosta issa saret magħrufa sew mad-dilettanti tal-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ Malta kollha.
F’din is-sena il-wirja ser tkun maqsuma f’żewġ partijet: parti minnhom tikkonsisti f’sett vari tal-kartapesta minn Lecce magħmulin fuq dawk tal-Mosta imqegħdin f’kappella mibnija apposta għal dan l-għan. Għalkemm il-vari huma l-attrazzjoni ewlenija, hemm oġġetti oħra relatati mal-Ġimgħa l-Kbira (f’minjatura) li jkunu għall-wiri ma’ dawn il-vari.
Il-parti l-ohra ta’ din il-wirja hija dik fejn ikun hemm wirja ta’ xogħlijiet ta’ arti sagra minn xi artist jew artiġjan Malti magħruf. Pero’ għal din is-sena il-wirja f’din is-parti ser tkun kollettiva fejn ix-xogħlijiet esebiti ser ikunu ta’ artisti different li uħud minnhom ġabu x-xogħol tagħhom f’wirjiet imgħoddija.
Waqt din il-wirja, dawk li jżuruha jistgħu ukoll iżuru is-Sala San Gorg Preca tal-Każin li tkun armata apposta għal dawn iż-żminijiet qaddisa.
Il-ftuħ uffiċjali tal-Wirja ser isir nhar l-Erbgħa 21 ta’ Marzu minn Rev. Fr. Hector Scerri wara serata ta’ l-okkażżjoni fis-Sala Ewlenija tal-Każin. Din il-wirja ser iddum miftuħa sa’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira (30 ta’ Marzu). Filgħaxijiet il-wirja se tkun miftuħa mill-17.00 sad-21.00.(F’Ħamis ix-Xirka ddum miftuħa sall-23.30) F’Ħadd il-Palm, Ħamis ix-Xirka ul-Ġimgħa l-Kbira filgħodu, il-wirja tkun ukoll miftuħa wkoll mid-9.00 sa 12.00.
Il-Kummissjoni Kultura tas-Soċjeta’ Filarmonika Nicolo` Isouard għal din is-sena hija ffurmata minn Dr.Emmanuel Schembri (ċerpersin), John Dimech (segretarju), Joe Camilleri (teżorier) Kevin Muscat (ufficjal relazzjonijiet pubbliċi) u Kav.Stanley Mangon u Rev Kan. Antoine Borg (membri).