Il-bieraħ ġiet fi tmiem l-avventura ta’ Ħamrun Spartans fil-UEFA Champions dan hekk kif fi Sammy Ofer Stadium fl-Iżrael huma sfaw megħluba minn Maccabi Haifa bl-iskor ta 2-1, biex b’hekk ħarġu telliefa b’aggregate ta’ 6-1.
Fil-partita tal-bieraħ kienu t-tim ta’ Ħamrun Spartans li fetħu l-iskor l-ewwel fil 31 minuta meta wara backpass difettuż lejn l-goalkeeper ta’ Maccabi Haifa kien Joseph Mbong li approfitta u mingħajr diffikultà għeleb lill-goalkeeper Itamar Nitzan u tefa’ l-ballun fix-xibka, biex l-ewwel taqsima għalqet bl-iskor parzjali ta’ 1-0 favur Ħamrun.
Fi 70 minuta Maccabi għamlu l-iskor indaqs meta Erik Shuranov li għeleb lill-goalkeeper Federico Marchetti u għamel l-iskor 1-1.
Sitt minuti mit-tmiem u Maccabi Haifa dawwru l-iskor favurihom meta din d-darba kien Frantzdy Pierrot li sab x-xibka u għamel l-iskor 2-1.
Wara din t-telfa issa Ħamrun Spartans ser ikunu qed ikomplu l-avventura tagħhom fil-UEFA Europa Conference League.
Fl-impenn li jmisshom Ħamrun Spartans ser ikunu qed jiffaċċjaw li tellief ta’ bejn Dinamo Tbilisi tal- Ġorġja u FC Astana tal-Każakstan li ser ikunu qed jilgħabu kontra xulxin illejla. L-ewwel leg bejn dawn z-żewġ timijiet kien intemm fi draw ta 1-1.