Il-parkeġġ ta’ Misraħ Lourdes biswit il-Knisja ta’ San Ġwann, inbidel f’wirja lluminata għall-perjodu tar-Randan bl-isem ta’ In Lumine.
Ispirata minn idea tal-Kunsillier Domnic Cassar u xogħol artistiku magħmul kollu bl-idejn mill-artist Daniele Armeni u bosta voluntiera mill-Parroċċa ta’ San Ġwann, din il-wirja ddaħħal lil dak li jkun fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa b’mod differenti mill-wirjiet tradizzjonali.
Dan għaliex anki fl-ispirtu tar-restrizzjonijiet tal-imxija, b’mod sikur wieħed jista’ jara din il-wirja mill-kumdità tal-karozza.
Qal, “Dan ix-xogħol jiġi apprezzat mhux biss billi ngħidu proset kemm ġie sabiħ, imma xi ħadd jieħu xi ħaġa minnu għalih u anke jieħu sodisfazzjon speċjalment f’dan l-ambjent reliġjuż.”
Is-Sindku tal-lokalità Trevor Fenech stqarr kemm hu kburi b’dan il-proġett, li qed iħalli l-ispirtu ta’ dawn iż-żminijiet, ħaj, minkejja l-pandemija.
Qal, “Huwa drive-through, biex int tkun sigur waqt il-perjodu tal-pandemija fejn wieħed jista’ jiġi bil-vettura tiegħu u jara dan ix-xogħol sabiħ imwettaq mill-Kunsill Lokali.”