Kull min se jżur il-Belt Valletta fil-jiem li ġejjin jista’ jaqsam ftit mill-esperjenzi li għexu studenti tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ Savio minn lenti ta’ kamera tar-ritratti.
Erbatax-il student kellhom l-opportunità li jagħżlu l-fotografija bħala suġġett applikat meta kienu fid-disa’ sena tal-iskola, u saħansitra jagħżluh bħala suġġett ewlieni għall-O’Levels. Minbarra l-fotografija, setgħu jagħżlu wkoll ir-robotika, il-mużika u l-arkeoloġija.
Illum dawn l-istudenti waslu fil-ħdax-il sena tal-istudi tagħhom, u l-ħidma tagħhom tul dawn l-aħħar tliet snin tinsab eżebita permezz ta’ 60 ritratt f’Palazzo Ferreria, ftit passi ’l bogħod mid-daħla tal-Belt Valletta.
Il-wirja tinkludi ritratti minn esperjenza li l-istudenti għexu għal sitt ijiem f’Turin, flimkien mal-għalliem tagħhom Christopher Azzopardi. Huma żaru din il-belt Taljana speċifikament biex josservawha u jaqbdu l-iktar xeni interessanti peremezz tar-ritratti.
Din il-wirja ġiet inawgurata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Clayton Bartolo, li hu stess kien jattendi Savio College.
Il-wirja hija miftuħa kuljum mid-9am sas-7pm u se tibqa’ għaddejja sal-31 ta’ Jannar, meta s-Salesjani jiċċelebraw il-festa ta’ Don Bosco.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/23160604/tfal-1024x683.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/10-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/1-8.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/2-4.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/3-3.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/4-5.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/5-2.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104019/6-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/7-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/8-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/9-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/11-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27104021/12-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27105143/1-9-1024x577.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27105143/2-5-1024x577.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27105240/WhatsApp-Image-2023-01-27-at-07.55.17-1024x1024.jpeg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/27105351/3-5-1024x577.jpg)