L-Għaqda Filantropika Talent Mosti qed tippreżenta ”F’Nofs Mewġa”, wirja kollettiva ta’ arti bil-parteċipazzjoni ta’ tmien artisti; Fabiola Agius Anastasi, Joanne Azzopardi, Allison Bonanno, Judith Dingli, Marita Fenech, Josephine Hili, Audrey Vella u Mariuccia Zammit.

Din il-wirja ser titella’ fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone, fit-triq il-wied il-għasel, il-Mosta, biswit l-iskola sekondarja, Kulleġġ Maria Reġina, bejn it-13 u 27 ta’ Settembru 2021.
