Italja: Gianluigi Donnarumma ©, Federico Dimarco (79’ Destiny Udogie), Manuel Locatelli, Moise Kean (79’ Gianluca Scamacca), Giacomo Bonaventura (87’ Cristiano Biraghi), Giacomo Raspadori, Domenico Berardi (65’ Riccardo Orsolini), Matteo Darmian, Gianluca Mancini, Nicolo Barella (65’ Davide Frattesi), Alessandro Bastoni.
Malta: Henry Bonello, Ryan Camenzuli, Matthew Guillaumier, Joseph Mbong (66’ Cain Attard), Luke Montabello (54’ Alex Satariano), Enrico Pepe, Bjorn Kristensen (66’ Nikolai Muscat), Yannick Yankam (84’ Kyrian Nwoko), Paul Mbong (84’ Brandon Paiber), Zach Muscat, Ferdinando Apap.
Referee: Strukan Duje (Kroazja)
F’Stadio San Nicola f’Bari, t-tim nazzjonali Malti lagħab is-sitt partita tiegħu f’Grupp C ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej kontra l-Italja fejn Malta tilfet bl-skor ta’ 4 – 0.
Il-qawwa tal-Italja dehret evidenti sa mill-ewwel mumenti hekk kif huma bdew joħolqu pressjoni fuq id-difiża Maltija fit-tentattiv li jsibu l-gowl tal-vantaġġ kmieni.
Fil-fatt wara tliet minuti, konfużjoni fil-kaxxa Maltija bil-ballun jasal għand Manuel Locatelli li l-kkonklużjoni tiegħu għaddiet barra mil-lasti difiżi minn Henry Bonello. Żewġ minuti wara minn azzjoni ta’ corner, xutt sabiħ ta’ Gianluca Mancini ħabat mal-minduda u mar barra.
Fil-17 il-minuta l-Italja jipprotestaw għal penalty hekk kif Ferdinando Apap irnexxilu jikklerja l-ballun b’mod perfett minn saqajn Moise Kean.
Fil-22 minuta, l-Italja meritatament fil-vantaġġ b’xutt b’saħtu għar-rokna tax-xibka ta’ Giacomo Bonaventura li kien diffiċli wisq għal Bonello sabiex isalva.
Ma’ kważi nofs siegħa logħob, corner mil-lemin u Manuel Locatelli minn taħt il-lasta Maltija xeħet ftit għoli.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima l-Italja skorjaw it-tieni goal meta wara l-irċieva mingħand Nicolo Barella, b’xutt bid-dawra għar-rokna Domenico Berardi ra’ l-konklużjoni tiegħu taħbat ma’ sieq il-lasta u tispiċċa fix-xibka.
Mas-siegħa logħob waslet l-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima meta Bonello klerja cross ta’ Dimarco. Żewġ minuti wara, fit-tenattiv li jtajjar il-ballun, il-goalkeeper Bonello klerja f’saqajn Giacomo Raspadori b’finalment ikun Ferdinando Apap li jikklerja f’corner.
Dan kien il-preludju tat-tielet gowl tal-Italja li wasal ftit sekondi wara meta Giacomo Raspadori xeħet cross mix-xellug, Moise Kean ma’ laqatx, daħal Domenico Berardi li b’xutt b’saħtu għamel l-iskor 3 – 0.
Fil-75 minuta l-Italja laqtu l-lasta għal darba oħra permezz ta’ Bastoni.
Tlett minuti fuq il-ħin regolamentari wara azzjoni personali ta’ Udogie, Davide Frattesi b’xutt fil-baxx skorja r-raba goal tal-Italja għal skor finali ta’ 4 -0.
L-Italja meritatament ħadu t-tlett punti li bihom komplew id-dwell fit-tieni post tal-klassifika flimkien mal-Ukrajina li s-Sibt għelbu lill-Maċedonja ta’ Fuq 2 – 0.
Ritratt: Domenic Aquilina / MFA