Is-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, se torganizza wirja t’arti sagra għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem Dolentem Cum Filio bejn il-Ħadd li ġej u jum il-Ġimgħa l-Kbira fis-sede tal-istess Soċjetà, f’Palazz Sant’Andrija.
Il-wirja se tikkonsisti f’sett ta’ vari artistiċi maħduma minn Karlu Darmanin, u sett ta’ vari maħduma fit-tafal minn John Massa.
Se jkun hemm esebiti wkoll numru ta’ xogħolijiet artistiċi, fosthom pitturi u statwi ta’ artisti magħrufa fix-xena lokali bħal Paolo Camilleri Cauchi, Carlo Darmanin, Girolamo Dingli, Chris Ebejer u ta’ Lecce.
Il-wirja se tkun miftuħa bejn id-9:30am u 12:00 u bejn il-05:00pm u 08:00pm.
F’Ħamis ix-Xirka se tkun miftuħa filgħodu bejn d-9:00am u 12:00pm u filgħaxija bejn is-06:00pm u 12:00am.