F’Tas-Sliema qed issir wirja għall-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem ta’ “Għandi l-Għatx”, bil-maġġoranza tax-xogħol huwa xogħol il-folkorista Guido Lanfranco.
Lanfranco ħalliena s-sena li għaddiet fl-età ta’ disgħin sena u f’din l-ewwel Ġimgħa Mqaddsa minn mewtu qed jiġu esebiti dawn l-istatwi.
Hawnhekk iltqajna mal-President tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, Jesmond Vella.
Qal, “Dan huwa wieħed mill-aħħar xogħlijiet li għamel, meta għamilhom kellu ‘l fuq minn 70 sena. Guido Lanfranco ħallina s-sena li għaddiet. Inżerta li kien jgħix fit-triq li qegħdin fiha llum u l-familja tiegħu ħassew li jkun xieraq u aħna aċċettajna wkoll mill-ewwel, li din is-sena wkoll niddedikaw mill-ispazju f’din il-wirja għal Guido Lanfranco.”
F’dawn il-vari li saru minn Lanfranco hemm diversi personaġġi fihom.
F’din il-wirja ġewwa Tas-Sliema hemm ukoll l-aħħar ċena li hija d-daqs ta’ life size.
Flimkien ma’ dawn hemm ukoll ix-xena tal-Golgota, li hija bħal presepju, maħduma minn Jesmond Pace.