L-Organizzazjoni tal-Mudelli imsejħa Assoiciation of Model Engineers, ser ittellgħa l-wirja annwali tagħha bil-kooperazzjoni tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u l-Kap ta’ L-Iskola.
Il-wirja se tittella’ fis-Sala Prinċipali tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca Middle School (ex-Maria Reġina Grammar School) bil-koperaazzjoni tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u l-Kap ta’ l-iskola.
Din is-sena L-Association of Model Engineers, Malta qed tiċċelebra l-40 sena mit-twaqqif tagħha.
F’din il-wirja se jkun hemm esebiti numru kbir ta’ mudelli differenti ta’ ajruplani, vetturi militari, crafts, biċċiet tal-baħar, figuri ta’ skali differenti, inġinerija ġenerali, karrozzi, fantaxjenza, ferroviji, diecast, Lego u xeni li għandhom storja.
Waqt il-wirja ssir ukoll il-kompetizzjoni annwali ta’ mudelli magħmula mill-membri tal-Assoċjazzjoni. Dawn il-mudelli jkunu għal wiri wkoll.
Se jkun hemm sezzjonijiet fejn membri juru l-bini ta’ mudelli kif ukoll dimostrazzjoni ta’ mudelli li jaħdmu permezz ta arja, gas u fuel mis-sezzjonijiet tal-inġinerija. Sezzjoni oħra hija dik tal-ferrovijji fejn se jkun hemm numru ta’ layouts bil-mudelli tal-ferrovijji jahdm
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn id-9.00am u t-8.00pm kuljum, minbarra s-Sibt 28 ta’ Ottubru u l-Ħadd 5ta’ Novembru, meta l-wirja tagħlaq għall-Pubbliku tagħlaq fil-5.00pm.
Id-dħul huwa b’xejn minn-naħa tal-Mile-End.