Kelba tar-razza Dalmation tħalliet fuq bejt ta’ dar sakemm is-sid tagħha mar fuq safra barra minn xtutna.
Irrapurtat b’dan il-każ l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati hekk kif irrimarkat li l-kelba bl-isem Wincey tħalliet fuq bejt mingħajr ikel għal diversi jiem.
Fil-fatt, f’ritratti ppubblikati fuq il-paġna tal-Assċċjazzjoni fuq Facebook il-kelba tidher għadma u ġilda minħabba li ma nżammitx fi stat tajjeb u mingħajr ikel.
L-Assoċjazzjoni spjegat li persuna rrappurtat il-każ biex b’hekk Wincey ġiet ikkonfiskata mis-sidien tagħha u tinsab f’santwarju.
Fuq Facebook l-Assoċċjazzjoni żiedet tgħid li se tkun qed tieħu dan il-każ quddiem il-Qrati Maltin.