Il-Prinċep William u l-Prinċep Harry kienu ilhom ma jaraw lill-ommhom Diana xahar qabel il-mewt tagħha.
Dan ħareġ minn dokumentarju ġdid dwar il-ħajja tal-prinċipessa. Id-divorzju tagħha minn mal-Prinċep Charles fisser li ż-żewġ subien għexu ħajja mifruda bejn iż-żewġ ġenituri, u b’hekk tilfu ħin minn mat-tnejn li huma.
Dan sostnih Harry, li tkellem b’dieqa għall-fatt li mietet jum biss qabel kellhom jerġgħu jarawha. Tkellem b’mod skjett dwar il-fatt li ħidmietha fi ħdan organizazzjonijiet ta’ karità u anke r-relazzjon tagħha ma’ Dodi Fayed fissru ħin ‘l bogħod minn ommhom, sakemm mietet f’Pariġi f’Awwissu 1997.