Illum wara nofsinhar it-tiratur Malti William Chetcuti irnexxilu jirbaħ midalja tal-bronż hekk kif spiċċa fit-tielet post fil-finali tad-double trap tat-tazza tad-dinja tal-isparar li qed isir f’Ruma.
It-tiratur Amerikan Jeffrey Holguin, James Willet tal-Awstralja u l-Ġermaniż Andrea Loew laqtu 28 plattina kull wieħed u għalhekk kellha ssir s-shot off bejniethom. Loew waqqa għal bronż fejn hemmhekk spara kontra Chetcuti fejn t-tiraturi Malti laqat 29 plattina minn 30 filwaqt li Loew laqat 24.
Kien għalhekk li William Chetcuti rebaħ l-bronż.
Fl-ewwel post spiċċa l-Awstraljan Willet u ħa deheb filwaqt li l-fidda marret għall-Amerikan Jeffrey Holguin.