William Chetcuti rebaħ il-Grand Prix Internazzjonali ta’ Ċipru fid-double trap. Hu kkwalifika meta għamel skors ta’ 26,28,28,26 u 28 għal total ta’ 136 plattina minn 150.
Fi tieni parti tal-kompetizzjoni huwa kien f’vena eċċezzjonali meta laqat 77 minn 80 plattina. Andrea Vescovi ta’ l-Italja spiċċa t-tieni meta għamel skors ta’ 136 minn 150 plattina u 72 minn 80 filwaqt li l-Leow Andreas spiċċa t-tielet bi skors ta 136/150 u 52 minn 80 fil-fażi finali.
L-ewwel sigħat tal-kompetizzjoni kienu kkaratterizzati minn ħafna maltemp. William kien akkumpanjat mill-kowċ Jimmy Bugeja.