NBC ħabbru l-Erbgħa li għadda li se jkunu qed jerġgħu jagħtu l-ħajja lis-serje televiżiva Will&Grace, fejn se jkun qed jirritorna b’għaxar episodji ġodda bejn l-2017 u l-2018.
L-erba’ karattri tant maħbubin mal-fanatiċi ta’ dan is-serje, se jkunu qed jerġgħu jġeddu l-memorji hekk kif kollha qabblu li jirritornaw lura fuq it-televiżjoni.
Is-serje televiżiva bdiet tixxandar fl-1998, bl-aħħar episodju jkun dak fl-2006. Lura f’Settembru, xnigħat kienu ħarġu fuq il-midja li s-serje se tkun qed tirritorna wara li ħareġ filmat qasir bl-atturi flimkien, iżda ħadd ma kkonferma dan il-fatt hekk kif qalu li l-filmat sar bħala rijunjoni żgħira.