Kmieni dalgħodu f’Ta’ Ġiorni f’San Ġiljan, ġew sparati tiri lejn appartament fi Triq Francesco Balbi.
Il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ fit-tlieta nieqes kwart ta’ filgħodu. Dak il-ħin kienu sparati tliet tiri permezz ta’ pistola tad-disa’ millimetri – skont kif qed jgħidu sorsi fuq mezzi oħra tax-xandir.
Fuq il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.