Daqt tidħol fis-seħħ skema ta’ aċċess għall-punti ta’ WIFI mingħajr ħlas madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-UE se tkun qed tiffinanzja WIFI b’xejn fi spazji li huma aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali bħall-libreriji, binjiet pubbliċi u sptarijiet.
Carlos Zorrinho, rapporteur għal-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qal li l-inizjattiva WIFI4EU hija frott ta’ viżjoni politika b’saħħitha li daqt se tkun qed realtà madwar l-Unjoni Ewropea. Se tkun qed tassigura wkoll li, rrispettivament fejn jgħix jew kemm jaqla’ paga, kull ċittadin Ewropew jibbenefika minn konnettività tal-WIFI ta’ kwalità għolja.