George Degiorgio, wieħed mis-suspettati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, qed jallega li sar frame-up min-naħa tal-Pulizija f’applikazzjoni kostituzzjonali.
Degiorgio, magħruf ukoll bħala ċ-Ċiniż, qed jallega li hu spiċċa vittma ta’ frame-up mill-prosekuzzjoni. Għaxar xhur wara l-arrest tiegħu, hu talab lill-Qorti biex tinnomina esperti biex jidentifikaw il-vapuri kollha li daħlu u ħarġu mill-Port il-Kbir dakinhar li seħħ l-attakk bejn is-14:30 u t-15:30.
Degiorgio jrid lill-awtoritajiet biex jidentifikaw il-vapuri kollha u jikkumparawhom mad-dgħajsa tiegħu, liema dgħajsa l-investigaturi jemmnu li minn fuqha ġiet attivata l-bomba.
Degiorgio ġie identifikat mill-Pulizija bħala l-persuna, li b’mod remot, sploda l-bomba minn fuq dgħajsa. Degiorgio allegatament rċieva sinjal mingħand ħuh Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu, li kien il-Bidnija flimkien ma’ Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu. It-tlett akkużati ġew arrestati f’Diċembru u tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia.
F’applikazzjoni kostituzzjonali. Degiorgio qed jallega li uffiċjal ta’ x-xhieda li fiha ma kienx ċert li l-vapur li deher fil-filmati kienitx l-istess dgħajsa tiegħu.
Kien għalekk li l-avukat tal-akkużat qed jitlob lill-Qorti biex tiddikjara li l-klijent tiegħu ma kellux smigħ ġust meta skont hu l-pulizija ma kellomx evidenza biżżejjed dwar dan.
L-avukat insista li l-prosekuzzjoni mhux biss ma kelliex provi li Degiorgio kien abbord id-dgħajsa, iżda lanqas kellhom provi li kienet dik id-dgħajsa inkwistjoni li dehret fil-filmati.
Spjega li tant hu hekk li fil-każ il-Qorti ma kelliex bzonn tappunta esperti tekniċi, ghax skont l-avukat tal-akkużat id-dgħajsa lanqas biss kienet tingħaraf.
Hu qal li l-prosekuzzjoni qed tuża din it-talba biex l-esperti jikkonfermaw ‘l-iskuza’ li wasslet għall-arrest tal-akkużat. Kien għalekk li l-avukat qed jargumenta li din m’hi xejn ħlief frame-up fuq il-klient tiegħu.