Wieħed mis-seba rġiel Sirjani li fl-aħħar ta’ April tressqu l-Qorti akkużati b’terroriżmu, ngħata l-pleġġ wara li qatta’ 10 xhur taħt arrest.
Ir-raġel huwa Ajil Al Muhsen ta’ 21 sena li s-sena li għaddiet ġie akkużat li xerred materjal maħsub biex jinċita atti ta’ terroriżmu, u jirrekluta nies, jew iħeġġeġ lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi jew isiefru barra minn Malta għal dan il-għan, fost oħrajn.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia ħarġet lil Al Muhasen fuq pleġġ fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jikkomunikax mal-akkużati l-oħrajn. Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ superviżjoni.
Huwa ngħata l-pleġġ fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €30,000. Dan apparti garanzija minn terzi ta’ €50,000.