Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-mewt ta’ Nenu Buhagiar li kien ta’ aspirazzjoni għal ħafna minna. Kien anzjan u veteran, attivissimu u baqa’ mentalment wieħed mill-iktar nies żgħażagħ u progressivi u li ma jibżax mill-bidliet.
Jekk titkellem ma’ ħafna persuni li llum m’għadhomx żgħażagħ u bdew mal-Partit Laburista, kollha jitkellmu dwaru b’ċertu stima u mħabba għax kien bniedem li jispira.
Kien wieħed minn nies li mar il-ħabs, li kien spalla ma’ spalla ma’ Mintoff, imma wara baqa’ jaħdem fil-Partit Laburista skont il-bżonn u skont iż-żminijiet.
Minkejja li sofra tant, qal il-Prim Ministru, u għadda minn riperkussjonijiet kbar, qatt ma kien jitkellem b’mibiegħda lejn ħadd. La kontra min tefgħu l-ħabs, u lanqas kontra kull rivali politiċi. “Inħossni fid-dover u b’sens ta’ responsabiltà li nsellimlu”.