Charles Brunton, wieħed mill-membri tal-ġurija li naraw kull nhar ta’ Ħamis waqt Brillanti Musicals fuq ONE, fuq il-mezzi soċjali tiegħu rringrazzja lil kull min ikkontribwixxa u għenu biex jiġri waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Brighton Half Marathon. Brunton għamel din il-ġirja sabiex jiġbor fondi għas-santwarju tal-annimali abbandunati f’Malta.
L-Erbgħa 13 ta’ Marzu, Brunton żar personalment is-santwarju fejn iltaqa’ mal-istaff u ra b’għajnejh ix-xogħol kontinwu li jagħmlu ta’ kuljum b’risq l-annimali abbandunati
”Nies bħal dawn, jagħmlu d-dinja post mill-isbaħ. AAA Malta jiddependu fuq id-donazzjonijiet biex permezz ta’ fondi jgħinu lil bosta klieb jieħdu trattament xieraq. Għalhekk nappella biex tikkontribwixxu. Ħadt gost li ltqajt ma’ tant klieb ferħana. Nitama li kollha kemm huma jsibu mħabba f’kenn ta’ dar”
CHARLES BRUNTONREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Charles Brunton jissokta bl-impenn tiegħu ta’ wieħed mill-ġurija li qed iwassal lil bosta parteċipanti għall-finali ta’ Brillanti Musical li qed jixxandar kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija fuq ONE.