Wieħed mill-fundaturi tat-Taliban, Mullah Abdul Ghani Baradar wassal fil-kapitali Afgana, Kabul.
Dan sabiex it-Talibani jiffurmaw gvern ġdid, wara li l-Ħadd li għadda ħadu l-kontroll tal-pajjiż.
Uffiċjal tat-Taliban qal lill-midja internazzjonali li Baradar jinsab fl-Afganistan sabiex jiltaqa mal-mexxejja u l-politiċi sabiex jifforma gvern inklussiv.
Bħalissa fl-Afganistan, Baradar huwa l-iżjed mexxej b’saħħtu u mistenni jkun il-mexxej tal-gvern li se jkun infurmat mit-Taliban.
Lura fl-2010, Baradar kien inqabad b’kumbinazzjoni u l-arrest tiegħu kien tħabbar ġimgħa wara.
Huwa kien kien inħeles fuq ordni tal-Amerikani.
AQRA IŻJED:
https://www.one.com.mt/2021/08/18/dak-li-jista-jsir-il-mexxej-il-gdid-tal-afganistan-kien-inheles-mill-habs-fuq-ordni-tal-amerka/