Dalgħodu kompla jinstema’ wieħed mis-sensiela ta’ libelli li fetaħ il-Ministru Konrad Mizzi b’rabta mar-rapportaġġ dwar Panama Papers.
Illum instemghet xhieda dwar artiklu li deher fis-7 t’April fuq il-Malta Independent intitolat “Panama Papers: Konrad Mizzi did not divulge he was a politician – co-founder of Mossack Fonseca” u miktub mill-ġurnalista Helena Grech.
Waqt il-ħin tax-xhieda, meta mistoqsija fl-awla tal-qorti, l-ġurnalista Helena Grech ammettiet li it-titlu u l-ewwel sentenza tal-artiklu ma kellux l-istess kontentut ta’ dak li kitbet hi.
Hija qalet li l-kontenut ta’ dan l-artiklu, partikolarment it-titlu tiegħu u l-ewwel paragrafu ġie mibdul minn dak li ddeskriviet bħala ‘wieħed mill-edituri’ tal-ġurnal.
Meta mistoqsija mill-Avukat Dr Aron Mifsud Bonnici dwar x’kienet is-sentenza oriġinali miktuba, hija qalet li trid tirreferi għan-noti tagħha sabiex tiftakar eżatt x’kitbet.
It-titlu tal-artiklu msemmi u is-sentenza primarja tal-artiklu huma miktubin b’mod skorrett fejn qiegħed jgħid li l-Ministru Konrad Mizzi ma weriex li huwa politiku lill-Mossak Fonseca.
Dwar it-traduzzjoni tas-sorsi tal-artiklu tagħha minn artiklu miktub bl-Ispanjol, l-istess ġurnalista qalet li t-traduzzjoni saret minn tliet persuni differenti, madanakollhu meta mistoqsija ma setgħetx issemihom b’isimhom għax qalet li riedet tiċċekja l-fatti.
Meta mistoqsija kelliex aċċess għad-dokumenti tal-Panama Papers, il-ġurnalista qalet li l-editur Pierre Portelli kellhu aċċess għall-dawn id-dokumenti, li qassam partijiet minnhom lil uħud mill-ġurnalisti li jirrapportaw fil-gazzetta The Malta Independent.
Id-dokumenti svelati fil-Panama Papers juru biċ-ċar li l-Ministru Konrad Mizzi kien qal li huwa Politically Exposed Person fil-mistoqsijiet ta’ due diligence li ppreżenta.