Eks suldat rispettat ferm fl-Awstralja, Ben Roberts-Smith, tilef każ storiku ta’ malafama kontra tliet gazzetti li akkużawh b’delitti tal-gwerra fl-Afganistan.
Dawn il-gazzetti allegaw li qatel priġunieri mhux armati. Din hi l-ewwel darba li Qorti evalwat akkużi ta’ delitti tal-gwerra mill-forzi Awstraljani. Il-Qorti sabet li erbgħa mis-sitt allegazzjonijiet ta’ qtil kienu veri, minkejja li s-suldat ċaħad kull akkuża.
L-eks suldat, Roberts-Smith ta’ 44 sena, ma kienx preżenti għas-sentenza. Huwa serva fis-Servizz tal-Ajru Speċjali (SAS), u rċieva l-ogħla premju militari tal-Awstralja fl-2011.
L-akkużi jinkludu jinkludu qtil u swat ta’ bidwi immanettjat, sparar fuq priġunier Taleban bis-sieq prostetika tittieħed bħala trofew, u żewġ każijiet ta’ qtil biex id-demm jintuża f’ritwal ma’ suldati ġodda.