Fi tmiem il-ġimgħa, żewġ plejers tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, Teddy Teuma u Zach Muscat, spikkaw f’żewġ rebħiet rispettivi għall-klabbs li qed jilagħbu magħhom fil-kampjonat Franċiż u dak Portugiż rispettivament.
Dan meta Teddy Teuma kellu sehem fit-tliet gowls skorjati mit-tim Franċiż ta’ Reims, fir-rebħa ta’ tlieta b’wieħed kontra Montpellier, il-Ħadd.
Teuma saħansitra skorja żewġ gowls stupendi, wieħed minn freekick u ieħor minn barra l-kaxxa. Fl-istess ħin, il-plejer internazzjonali Malti kien involut fl-ewwel gowl tal-logħba wara li ta l-korner li minnu t-tim Franċiż mar fil-vantaġġ.
L-għada, ONE News tkellem mal-plejer internazzjonali Malti Teddy Teuma, li qal li hu kburi b’wieħed mill-aqwa gowls li qatt skorja fil-karriera tiegħu.
“I was born in France, so I know everything about this competition and for me to show my quality, because I am ready to play in the first division in France. I am proud of this goal because I think this one of the most beautiful goals of my career and also, it was my first game in the first division. It is the perfect start for me.”
Iż-żewġ gowls ta’ Teddy Teuma ġew ixxerjati fuq il-paġna uffiċjali tal-Kampjonat Franċiż, waqt li f’kitba oħra huma faħħru l-prestazzjoni tal-plejer Malti.
B’din ir-rebħa t-tim Franċiż issa jinsab fit-tielet post tal-klassifika, fejn fost oħrajn bħalissa qed jaqbeż lit-tim ġġant ta’ PSG.
Din hi esperjenza ġdida għal Teuma, meta sas-sena l-oħra kien jilgħab mat-tim Belġjan ta’ Union St Gilloise, fejn kien captain tat-tim li kien viċin ħafna li jirbaħ il-kampjonat. Magħhom ukoll lagħab fil-UEFA Europa League.
Ma’ Teuma tkellimna dwar l-esperjenza tiegħu mat-tim nazzjonali Malti.
“I want to help, to improve the quality of the young players with my experience and I want to give my all for this nation because I am very proud to play for Malta.”
Sadanittant id-difensur internazzjonali Malti, Zach Muscat, li jilgħab mat-tim ta’ Farense, fil-kampjonat Portugiż, skorja l-ewwel gowl tal-logħba, fir-rebħa tagħhom kontra Chaves nhar is-Sibt li għadda.
Hu skorja dan l-ewwel gowl tal-partita fl-għaxar minuta.
Il-gowl ta’ Muscat kien strumentali biex jagħti lit-tim ta’ Farense l-ewwel rebħa tagħhom dan l-istaġun f’dan l-ogħla kampjonat tal-futbol Portuġiż.
Muscat ilu mat-tim mill-istaġun li għadda, fejn kienu għadhom jilagħbu fil-Liga Portugal 2 qabel ġew promossi għall-ogħla livell, ma’ timijiet kbar bħal Benfica, Porto u Sporting Lisbon.