ONE News jista’ jiżvela li wieħed mill-akkużati f’din is-serqa, Yousef Essesi, minn San Ġiljan, li jaħdem bħala tattoo artist, kien tella’ post fuq il-midja soċjali, fl-istess ġurnata ta’ din l-allegata serqa, li kien tilef il-mobile minħabba raġunijiet personali u għalhekk il-klijenti li kellhom appuntament fil-ġimgħat li ġejjin, kellhom jibgħatulu messaġġ ġdid.
Dan l-istess persuna għandu kondotta kkulurita ferm hekk kif diversi snin ilu skonta sentenza ta’ ħabs wara li seraq oġġetti prezzjużi, ġojjelli u flus kontanti minn żewġt idjar fil-Gżira fl-2014 u fl-2015.
L-istess Essesi, kien fetaħ każ kostituzzjonali kontra d-Direttur tal-ħabs għax ma taħx il-permess li jiżżewweġ. Intqal li dan seħħ minħabba li Essesi kellu 107 każijiet ta’ dixxiplina fejn anke sawwat priġunier ieħor, kisser ċella u ta n-nar u pprova jibla’ oġġetti bħal xfafar.