“Huwa faċli wieħed jinsa kemm kellha bżonn kuraġġ għoxrin sena ilu, Ellen biex titkellem dwar il-ġeneru tagħha fil-pubbliku.”
Dan kien kliem il-President Barack Obama waqt li kien qed jippreżenta l-ikbar unur li jista’ jingħata lil ċittadin Amerikan. Dan l-unur ingħata lil Ellen Degeneres li hija preżentatriċi magħrufa għall-programm tagħha The Ellen DeGeneres show, dan hekk kif kienet waħda mill-ewwel nies li tkelmet dwar il-ġeneru tagħha fil-pubbliku u li minkejja l-kritika fi żmien fejn il-mentalitá, fi kliem Barack Obama, kienet ferm differenti ma ddejqitx isemma’ leħinha.
Il-President spjega li huwa faċli li wieħed jieħu l-kuraġġ tagħha bħala xi ħaġa normali fid-dinja tal-illum, iżda fi żmien fejn id-drittijiet għal persuni ta’ ġeneru differenti kienu limitati, dan kien pass ta’ kuraġġ u importanti. “Dan ma kienx biss importanti għal persuni LGBT biss, iżda pass kruċjali għal kull wieħed u waħda minnha” fisser Barack Obama.