Il-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton rebħet il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Unjoni Ewropea kategorija tad-59 kilogramm ta’ taħt is-17 -il sena. Din hija l-ewwel darba li Malta rebħet id-deheb f’dan il-logħob.
Thornton għamlet 78 kilò fl-isnatch u 100 kilò fil-clean & jerk. Bħala total hija kellha distakk qawwi ta’ 29 punt fuq il-weightlifter franċiża Theoline Prignet Madec. Fit-tielet pożizzjoni spiċċat il-Kroata Natasa Dermicek.
Dan ir-riżultat sabiħ ta’ Tenishia Thornton jiżdied ma’ ri’żultati oħra pożittivi li qed tikseb, bl-aktar riċenti ir-rebħ fil-kampjonat tad-dinja fiti tal-ġimgħat ilu.